Rapporti dwar investigazzjonijiet

Rapporti tal-Kummissarju dwar investigazzjonijiet

Ir-rapporti dwar l-investigazzjonijiet tal-Kummissarju għall-Istandards normalment jiġu ppubblikati. Jekk il-Kummissarju jagħlaq każ hu, jkun jista’ jippubblika r-rapport tiegħu dwar il-każ minnufih. Iżda jekk il-Kummissarju jirreferi r-rapport lill-Kumitat Parlamentari għall-Istandards, ikollu jistenna l-awtorizzazzjoni tal-Kumitat qabel ma jippubblikah.

Ir-rapporti kollha li ġew ippubblikati s’issa jistgħu jitniżżlu mil-lista t’hawn taħt. Ir-rapporti huma elenkati skont meta ħariġhom il-Kummissarju, anki jekk ġew ippubblikati aktar tard.

Rapport dwar il-każ K/063 | Maħruġ: 20 ta’ Diċembru 2024 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: L-eks Ministru Clayton Bartolo
Allegazzjoni: Għoti ta’ permess biex il-Kap Eżekuttiv tal-Istitut għal Studji Turistiċi jaċċetta cruise b’xejn, minkejja li dan kien jammonta għal kunflitt ta’ interess.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment.

Rapport dwar il-każ K/039 | Maħruġ: 5 ta’ Diċembru 2024 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: L-eks deputat parlamentari Ian Castaldi Paris
Allegazzjoni: Nuqqas ta’ inklużjoni ta’ propjetajiet barra minn Malta fid-dikjarazzjoni tal-assi magħmula minn Dr Castaldi Paris bħala deputat parlametari.
Eżitu tal-każ: L-investigazzjoni kienet inkonklużiva.

Rapport dwar il-każ K/062 | Maħruġ: 28 ta’ Novembru 2024 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru Jonathan Attard
Allegazzjoni: Żvelar ta’ informazzjoni dwar inkjesta maġisterjali, bi ksur tal-liġi.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment.

Rapport dwar il-każ K/054 | Maħruġ: 14 ta’ Novembru 2024 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul
Allegazzjoni: Għemil ta’ xogħol privat ta’ konsulenza.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment.

Rapport dwar il-każ K/053 | Maħruġ: 14 ta’ Novembru 2024 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul
Allegazzjoni: Użu ta’ fondi pubbliċi għall-iskop ta’ pubbliċità personali.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment u għalaq il-każ wara li rċieva apoloġija.

Rapport dwar il-każ K/044 | Maħruġ: 11 ta’ Novembru 2024 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Ministru Ian Borg
Allegazzjoni: Kunflitt ta’ interess marbut mal-għoti ta’ direct orders mill-Awtorità tat-Trasport.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment.

Rapport dwar il-każ K/051 | Maħruġ: 24 ta’ Ottubru 2024 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Ministru Miriam Dalli
Allegazzjoni: Użu ta’ fondi pubbliċi għall-iskop ta’ pubbliċità personali.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment.

Rapport dwar il-każ K/042 | Maħruġ: 23 ta’ Ottubru 2024 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Ministri Clayton Bartolo u Clint Camilleri
Allegazzjoni: Favuritiżmu jew abbuż ta’ poter fl-ingaġġ ta’ persuna mal-Ministeru għat-Turiżmu u sussegwentement mal-Ministeru għal Għawdex.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment u rrefera l-każ għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat għall-Istandards. Fis-7 ta’ Novembru 2024 il-Kumitat awtorizza l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Kummissarju, u fil-21 ta’ Novembru qabel mar-rapport. Fis-27 ta’ Novembru 2024 il-Kumitat iddeċieda li għandu jċanfar lil Clayton Bartolo (li sadanittant irreżenja minn ministru) u lill-Ministru Clint Camilleri. Il-Kumitat iddeċieda wkoll li l-Onor. Bartolo għandu jagħmel apoloġija formali fil-Parlament. L-ammont ta’ €16,400 f’salarju mħallas żejjed ingħata lura lill-gvern.

Rapport dwar il-każ K/058 | Maħruġ: 30 ta’ Awwissu 2024 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Ministru Miriam Dalli
Allegazzjoni: Ħruġ ta’ stqarrija uffiċjali li tinkludi kontenut partiġġjan.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment u għalaq il-każ wara li rċieva apoloġija.

Rapport dwar il-każ K/056 | Maħruġ: 26 ta’ Lulju 2024 | Lingwa: Bil-Malti
Ilmenti dwar: Il-Prim Ministru Robert Abela
Allegazzjoni: Konverżazzjoni mhux f’lokha ma’ membru tal-ġudikatura.
Eżitu tal-każ: L-investigazzjoni kienet inkonklużiva.

Rapport dwar il-każ K/059 | Maħruġ: 22 ta’ Lulju 2024 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Ministri Miriam Dalli, Anton Refalo, Silvio Schembri u Jonathan Attard
Allegazzjoni: Ħatriet abbużivi ta’ qraba ta’ ministri.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment.

Rapport dwar il-każ K/043 | Maħruġ: 13 ta’ Marzu 2024 | Lingwa: Bil-Malti
Ilmenti dwar: Il-Prim Ministru Robert Abela
Allegazzjoni: Ġenerożità eċċessiva fl-għoti ta’ benefiċċji ta’ tmiem il-ħatra lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilmenti.

Rapport dwar il-każ K/057 | Maħruġ: 4 ta’ Marzu 2024 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Prim Ministru Robert Abela
Allegazzjoni: Għemil ta’ kummenti li setgħu jippreġudikaw każ kriminali quddiem il-qorti.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment.

Rapport dwar il-każ K/052 | Maħruġ: 4 ta’ Marzu 2024 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Prim Ministru Robert Abela
Allegazzjoni: Produzzjoni ta’ filmat imħallas minn fondi pubbliċi għall-iskop ta’ pubbliċità personali.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment u rrefera l-każ għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat għall-Istandards. Fit-18 ta’ Marzu 2024 il-Kumitat awtorizza l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Kummissarju. Fis-7 ta’ Novembru 2024 il-Kumitat iddeċieda li m’għandux jadotta r-rapport.

Rapport dwar il-każ K/050 | Maħruġ: 21 ta’ Novembru 2023 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett
Allegazzjoni: Akkwist ta’ trattament favorevoli fl-allokazzjoni ta’ siġġijiet fuq ajruplan għall-finijiet ta’ btala privata.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment.

Rapport dwar il-każ K/049 | Maħruġ: 15 ta’ Settembru 2023 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said
Allegazzjoni: Kunflitt ta’ interess u taħlit ta’ rwoli in konnessjoni ma’ attività uffiċjali.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ parti mill-ilment u għalaq il-każ wara li rċieva apoloġija mingħand is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

Rapport dwar il-każ K/035 | Maħruġ: 7 ta’ Awwissu 2023 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: L-eks deputat parlamentari Jason Azzopardi
Allegazzjoni: Nuqqas ta’ sottomissjoni tal-prospetti tat-taxxa tad-dħul.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment u għalaq il-każ wara apoloġija.

Rapport dwar il-każ K/027 | Maħruġ: 31 ta’ Lulju 2023 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Id-deputat parlamentari Michael Farrugia
Allegazzjoni: Għoti ta’ informazzjoni mhux veritiera lill-istampa.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ parti mill-ilment u rrefera l-każ għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat għall-Istandards. Il-Kumitat awtorizza l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Kummissarju dwar il-każ fit-3 ta’ Awwissu 2023 u qabel mar-rapport fit-3 ta’ Ottubru 2023. Fit-18 ta’ Marzu 2024 il-Kumitat iddeċieda li l-Onor. Dr Farrugia għandu jingħata ċanfira.

Rapport dwar il-każ K/045 | Maħruġ: 14 ta’ April 2023 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Ministru Clyde Caruana
Allegazzjoni: Pubblikazzjoni ta’ riklam imħallas minn fondi pubbliċi għall-iskop ta’ pubbliċità personali.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment u għalaq il-każ wara li rċieva apoloġija mingħand il-Ministru Caruana, li wkoll ħallas l-ispejjeż tar-riklam.

Rapport dwar il-każ K/040 | Maħruġ: 30 ta’ Settembru 2022 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: L-eks deputat parlamentari David Thake
Allegazzjoni: Nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ kumpanija fid-dikjarazzjoni tal-assi magħmula mis-Sur Thake bħala deputat parlamentari.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment u għalaq il-każ fid-dawl tal-fatt li s-Sur Thake irriżenja mill-Parlament fl-14 ta’ Jannar 2022.

Rapport dwar il-każ K/033 | Maħruġ: 30 ta’ Settembru 2022 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Prim Ministru Robert Abela
Allegazzjoni: Komunikazzjoni mhux xierqa mal-Kummissarju tat-Taxxi dwar l-affarijiet tat-taxxa tal-Kap tal-Oppożizzjoni.
Eżitu tal-każ: L-investigazzjoni kienet inkonklużiva.

Rapport dwar il-każ K/041 | Maħruġ: 1 ta’ Ġunju 2022 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Diversi ministri u segretarju parlamentari
Allegazzjoni: Infiq ta’ fondi pubbliċi fuq riklami ta’ natura politika li ġew ippubblikati bħala parti minn suppliment maħruġ mill-gazzetta KullĦadd.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment u rrefera l-każ għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat għall-Istandards. Fis-27 ta’ Ġunju 2022 il-Kumitat awtorizza l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Kummissarju dwar il-każ. Sena wara, fit-28 ta’ Ġunju 2023, il-Kumitat iddeċieda li m’għandux jadotta r-rapport.

Rapport dwar il-każ K/037 | Maħruġ: 20 ta’ Jannar 2022 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Ministru Ian Borg
Allegazzjoni: Infiq ta’ fondi pubbliċi fuq riklam maħsub biex iwassal xewqat personali.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment.

Rapport dwar il-każ K/036 | Maħruġ: 10 ta’ Diċembru 2021 | Lingwa: Bil-Malti u bl-Ingliż
Ilmenti dwar: Il-Ministru Justyne Caruana
Allegazzjoni: Għoti ta’ kuntratt ta’ konsulenza fuq bażi ta’ ħbiberija personali lil persuna mhix ikkwalifikata.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilmenti u rrefera l-każ għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat għall-Istandards. Fl-14 ta’ Diċembru 2021 il-Kumitat iddeċieda li r-rapport u żewġ volumi ta’ evidenza ppreżentati mill-Kummissarju għandhom jiġu ppubblikati, ħlief għal sentenza fis-sottomissjoni finali tal-Ministru kif riprodotta fit-tieni volum ta’ evidenza. Il-Kumitat ma kompliex jikkunsidra l-każ minħabba kawża li nfetħet fil-qorti minn Dr Caruana.
Rapport bil-Malti | Rapport bl-Ingliż | Evidenza vol. 1 | Evidenza vol. 2 (kif redatt mill-Kumitat)

Rapport dwar il-każ K/025 | Maħruġ: 4 ta’ Novembru 2021 | Lingwa: Bil-Malti
Ilmenti dwar: Id-deputat parlamentari Karol Aquilina
Allegazzjoni: Imġieba li tirrifletti ħażin fuq il-Parlament permezz ta’ sewqan perikoluż u nuqqas ta’ obbidjenza ta’ ordnijiet tal-pulizija.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilmenti.

Rapport dwar il-każ K/031 | Maħruġ: 12 ta’ Ottubru 2021 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: L-eks deputat parlamentari Joseph Muscat
Allegazzjoni: Aċċettazzjoni ta’ btala mħallsa minn imprenditur li għandu relazzjonijiet mal-awtoritajiet Maltin.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment.

Rapport dwar il-każ K/026 | Maħruġ: 21 ta’ Lulju 2021 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Ministru Clint Camilleri
Allegazzjoni: Użu ta’ direct order biex tinkera lukanda privata bħala dar għall-anzjani, meta l-gvern kellu propjetà tiegħu li kienet aktar adattata għal dan il-għan.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment.

Rapport dwar il-każ K/032 | Maħruġ: 2 ta’ Lulju 2021 | Lingwa: Bil-Malti u bl-Ingliż
Ilment dwar: L-eks Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar MP
Allegazzjoni: Nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ dħul fid-dikjarazzjoni tal-assi li hija għamlet bħala Segretarju Parlamentari.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment u rrefera l-każ għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat għall-Istandards. Fil-5 ta’ Lulju 2021 il-Kumitat iddeċieda li r-rapport u żewġ volumi ta’ evidenza ppreżentati mill-Kummissarju għandhom jiġu ppubblikati. Fid-9 ta’ Novembru 2021 il-Kumitat qabel mar-rapport tal-Kummissarju u fis-16 ta’ Novembru 2021 iddeċieda li l-Onor. Cutajar għandha tingħata ċanfira.
Rapport bil-Malti | Rapport bl-Ingliż | Evidenza vol. 1 | Evidenza vol. 2

Rapport dwar il-każ K/023 | Maħruġ: 5 ta’ Mejju 2021 | Lingwa: Bl-Ingliż
Ilment dwar: Il-Ministru Carmelo Abela
Allegazzjoni: Il-ħatra bħala Kummissarju Għoli ta’ persuna f’negozju bi sħubija ma’ persuna oħra maħruba minn Malta.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment.

Rapport dwar il-każ K/028 | Maħruġ: 17 ta’ Marzu 2021 | Lingwa: Bl-Ingliż
Ilment dwar: Il-Ministru Carmelo Abela
Allegazzjoni: Użu ta’ fondi pubbliċi għal riklamar politiku fil-mezzi tal-istampa.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment u rrefera l-każ għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat għall-Istandards. Fl-14 ta’ April 2021 il-Kumitat iddeċieda li r-rapport tal-Kummissarju għandu jiġi ppubblikat. Fit-28 ta’ April 2021 il-Kumitat ikkunsidra l-każ iżda ma setax jasal għal deċiżjoni peress li l-membri vvotaw indaqs u l-Ispeaker, li bħala chairperson tal-Kumitat għandu vot deċiżiv, astjena.

Rapport dwar il-każ K/029 | Maħruġ: 18 ta’ Frar 2021 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Prim Ministru Robert Abela
Allegazzjoni: Nuqqas ta’ użu ta’ maskra waqt li l-Prim Ministru kien qed iwieġeb domandi mill-ġurnalisti.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment.

Rapport dwar il-każ K/030 | Maħruġ: 25 ta’ Jannar 2021 | Lingwa: Bl-Ingliż
Ilment dwar: Il-Ministru Silvio Schembri
Allegazzjoni: Kontenut partiġġjan fi stqarrija għall-istampa maħruġa permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment u għalaq il-każ wara li l-Ministru Schembri ntrabat li jagħmel kull sforż biex jevita li joħroġ stqarrijiet partiġġjani permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.

Rapport dwar il-każ K/034 | Maħruġ: 22 ta’ Jannar 2021 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Ministru Edward Zammit Lewis
Allegazzjoni: Klijenteliżmu fl-ingaġġ ta’ konsulent legali.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment.

Rapport dwar il-każ K/021 | Maħruġ: 2 ta’ Novembru 2020 | Lingwa: Bl-Ingliż
Ilment dwar: Deputati tan-naħa tal-oppożizzjoni li huma impjegati fis-settur pubbliku
Allegazzjoni: Nuqqas ta’ attendenza fuq il-post tax-xogħol.
Eżitu tal-każ: Ir-rapport ma jindirizzax każi individwali iżda jsib li l-prattika li deputati jingħataw permess li jattendu attivitajiet parlamentari waqt il-ħin tax-xogħol qed tiġi abbużata. Ir-rapport jirrakkomanda miżuri biex jinqata’ l-abbuż u jagħmel sejħa biex id-deputati jingħataw l-għażla li jservu fil-Parlament fuq bażi full-time.

Rapport dwar il-każ K/022 | Maħruġ: 5 ta’ Ottubru 2020 | Lingwa: Bil-Malti u bl-Ingliż
Ilment dwar: L-eks Prim Ministru Joseph Muscat
Allegazzjoni: Abbuż ta’ poter fil-ħatra tal-eks ministru Konrad Mizzi bħala konsulent mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment u rrefera l-każ għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat għall-Istandards. Fl-14 ta’ Ottubru 2020 il-Kumitat iddeċieda li r-rapport tal-Kummissarju għandu jiġi ppubblikat, u fil-5 ta’ Jannar 2021 il-Kumitat qabel mar-rapport.
Rapport bil-Malti | Rapport bl-Ingliż

Rapport dwar il-każ K/024 | Maħruġ: 1 ta’ Settembru 2020 | Lingwa: Bl-Ingliż
Ilment dwar: Dr Joseph Borg, li dak iż-żmien kien persuna ta’ fiduċja fil-Ministeru għall-Intern
Allegazzjoni: Kummenti politiċi u offensivi fuq Facebook.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment u għalaq il-każ wara li Dr Borg għamel apoloġija.

Rapport dwar il-każ K/020 | Maħruġ: 17 ta’ Lulju 2020 | Lingwa: Bl-Ingliż
Ilmenti dwar: L-eks Prim Ministru Joseph Muscat
Allegazzjoni: Aċċettazzjoni ta’ ospitalità inkluż vjaġġ bl-ajru tal-ewwel klassi sad-Dubai għall-Prim Ministru u l-familja tiegħu.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilmenti.

Rapport dwar il-każ K/019 | Maħruġ: 1 ta’ Lulju 2020 | Lingwa: Bil-Malti u bl-Ingliż
Ilment dwar: L-eks Prim Ministru Joseph Muscat
Allegazzjoni: Aċċettazzjoni ta’ rigal ta’ tliet fliexken inbid ta’ valur ta’ €5,800.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment u rrefera l-każ għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat għall-Istandards. Fit-3 ta’ Lulju 2020 il-Kumitat iddeċieda li r-rapport tal-Kummissarju għandu jiġi ppubblikat, u fit-22 ta’ Lulju 2020 il-Kumitat qabel mar-rapport. Fis-17 ta’ Awwissu l-Kumitat qabel li għandu jqis ittra datata 14 ta’ Awwissu 2020 mingħand Dr Joseph Muscat bħala apoloġija għall-finijiet tal-artikolu 28(d)(ii) tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika, u għalaq il-każ abbażi ta’ dan.
Rapport bil-Malti | Rapport bl-Ingliż

Rapport dwar il-każ K/015 | Maħruġ: 22 ta’ Ġunju 2020 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Ministru Ian Borg
Allegazzjoni: Sfida ta’ ordni ta’ waqfien in konnessjoni ma’ xogħlijiet illegali f’Wied Qirda.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment.

Rapport dwar il-każ K/018 | Maħruġ: 8 ta’ Ġunju 2020 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Josef Caruana, PQ Officer, Uffiċċju tal-Prim Ministru
Allegazzjoni: Pubblikazzjoni fuq Facebook tan-numri tal-karta tal-identità ta’ persuni li ffirmaw petizzjoni biex Joseph Muscat jirriżenja minn Prim Ministru.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment u għalaq il-każ peress li s-Sur Caruana kien neħħa d-dettalji in kwistjoni immedjatament. Dan, flimkien mas-sejbien ta’ mġiba mhux xierqa min-naħa tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, li wkoll investiga l-każ, kien rimedju biżżejjed.

Rapport dwar il-każ K/010 | Maħruġ: 7 ta’ Mejju 2020 | Lingwa: Bl-Ingliż
Ilment dwar: Il-ministri u s-segretarji parlamentari
Allegazzjoni: Użu ta’ fondi pubbliċi biex jiġi prodott materjal għall-paġni personali tal-ministri u s-segretarji parlamentari fuq il-midja soċjali.
Eżitu tal-każ: Ir-rapport ma jindirizzax każi individwali iżda jsib li diversi ministri qed jużaw riżorsi pubbliċi biex jiġġeneraw materjal għall-paġni personali tagħhom fuq il-midja soċjali. Ir-rapport jipproponi linji gwida bil-għan li jiġi evitat abbuż ta’ riżorsi pubbliċi, u jħabbar li l-gvern diġà aċċetta li l-ministri għandhom josservaw il-linji gwida.

Rapport dwar il-każ K/013 | Maħruġ: 24 ta’ Marzu 2020 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli
Allegazzjoni: Għoti ta’ vantaġġ mhux xieraq lil ditta privata permezz ta’ videos promozzjonali li nġibdu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li fihom tidher is-Segretarju Parlamentari.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment u għalaq il-każ wara li l-videos tneħħew mill-internet.

Rapport dwar il-każ K/012 | Maħruġ: 5 ta’ Frar 2020 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Ministri Chris Cardona u Konrad Mizzi
Allegazzjoni: Trattament preferenzjali lil imprenditur biex jiġi reċiprokat appoġġ politiku.
Eżitu tal-każ: L-investigazzjoni kienet inkonklussiva fil-każ ta’ Chris Cardona MP. Il-Kummissarju ma laqax l-ilment fil-każ ta’ Konrad Mizzi MP. (Dott Cardona u Dott Mizzi t-tnejn ma kinux għadhom fil-kariga ta’ ministru meta l-każ ġie konkluż.)

Rapport dwar il-każ K/016 | Maħruġ: 24 ta’ Jannar 2020 | Lingwa: Bl-Ingliż
Ilment dwar: Il-Prim Ministru Joseph Muscat
Allegazzjoni: Diskriminazzjoni fil-ħruġ ta’ stediniet lill-kmamar tal-aħbarijiet għal avvenimenti tal-istampa.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment iżda qies il-każ magħluq minħabba r-riżenja tal-Prim Ministru Muscat fit-13 ta’ Jannar 2020.

Rapport dwar il-każ K/008 | Maħruġ: 2 ta’ Diċembru 2019 | Lingwa: Bil-Malti u bl-Ingliż
Ilment dwar: Il-Ministru Konrad Mizzi
Allegazzjoni: Użu ħażin ta’ riżorsi pubbliċi fl-amministrazzjoni tal-paġna personali tal-Ministru fuq Facebook u l-produzzjoni ta’ materjal għal dik il-paġna.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment iżda qies il-każ magħluq minħabba r-riżenja tal-Ministru, għal raġunijiet mhux relatati, fis-26 ta’ Novembru 2019
Rapport bil-Malti
| Rapport bl-Ingliż

Rapport dwar il-każ K/014 | Maħruġ: 21 ta’ Novembru 2019 | Lingwa: Bl-Ingliż
Ilment dwar: Il-Prim Ministru Joseph Muscat
Allegazzjoni: Użu ħażin ta’ fondi pubbliċi biex jitħallsu l-ispejjeż ta’ azzjoni legali għall-ħarsien ta’ interessi personali.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment.

Rapport dwar il-każ K/011 | Maħruġ: 4 ta’ Ottubru 2019 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Prim Ministru Joseph Muscat
Allegazzjoni: Ħruġ ta’ stqarrija qarrieqa dwar is-salarji ta’ ministri u segretarji parlamentari.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment.

Rapport dwar il-każ K/007 | Maħruġ: 16 ta’ Settembru 2019 | Lingwa: Bl-Ingliż
Ilment dwar: Il-Ministru Owen Bonnici
Allegazzjoni: Ħruġ ta’ stqarrija ta’ natura politika permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment, iżda tenna s-sejħa li għamel f’rapport preċedenti (K/004) biex ministri ma joħorġux stqarrijiet ta’ natura partiġġjana permezz tad-DOI.

Rapport dwar il-każ K/005 | Maħruġ: 6 ta’ Settembru 2019 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Ministru Owen Bonnici
Allegazzjoni: Dewmien fil-konsiderazzjoni ta’ talba għal leave ta’ assenza minħabba diskriminazzjoni intenzjonata.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment. Dan ir-rapport qed jiġi ppubblikat b’isem l-ilmentatur u dettalji oħra li jistgħu jidentifikawh imħassra.

Rapport dwar il-każ K/004 | Maħruġ: 9 ta’ Awwissu 2019 | Lingwa: Bl-Ingliż
Ilment dwar: Il-Ministru Konrad Mizzi
Allegazzjoni: Pubblikazzjoni ta’ stqarrija permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni li ma kenitx xierqa fit-ton u l-kontenut.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment. Huwa rriżolva l-każ bl-applikazzjoni ta’ rimedju fejn il-Ministru Mizzi aċċetta li jagħti struzzjonijiet lill-uffiċjali tiegħu biex fil-futur ma jużawx id-Dipartiment tal-Informazzjoni in konnessjoni ma’ materji privati jew partiġġjani.

Rapport dwar il-każ K/002 | Maħruġ: 5 ta’ Lulju 2019 | Lingwa: Bil-Malti u bl-Ingliż
Ilment dwar: Deputati parlamentari “backbenchers” li għandhom karigi ma’ jew jipprovdu servizzi kuntrattwali lis-settur pubbliku
Allegazzjoni: Konflitt ta’ interess.
Eżitu tal-każ: Ir-rapport isib li żewġ terzi tad-deputati backbenchers għandhom karigi jew kuntratti mas-settur pubbliku. Ir-rapport ma jindirizzax każi individwali iżda jikkonkludi li l-ingaġġ tal-backbenchers mill-gvern hija prattika fundamentalment hażina u għandha tispiċċa.
Rapport bil-Malti | Rapport bl-Ingliż

Rapport dwar il-każ K/003 | Maħruġ: 12 ta’ April 2019 | Lingwa: Bl-Ingliż
Ilment dwar: Alessandro Mangion, Segretarju Privat fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ
Allegazzjoni: Użu ta’ kliem offensiv fil-konfront ta’ membru ta’ NGO internazzjonali.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju laqa’ l-ilment u għalaq il-każ wara li s-Sur Mangion għamel apoloġija fuq struzzjonijiet tiegħu.

Rapport dwar il-każ K/006 | Maħruġ: 2 ta’ April 2019 | Lingwa: Bil-Malti
Ilment dwar: Il-Prim Ministru Joseph Muscat
Allegazzjoni: Imġiba mhux etika u użu ħażin ta’ propjetà tal-istat għal skopijiet ta’ politika partiġġjana.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment.

Rapport dwar il-każ K/001 | Maħruġ: 4 ta’ Frar 2019 | Lingwa: Bl-Ingliż
Ilment dwar: Il-Ministru Konrad Mizzi
Allegazzjoni: Trattament diskriminatorju tal-media fil-ħruġ ta’ inviti għal avvenimenti uffiċjali għall-istampa.
Eżitu tal-każ: Il-Kummissarju ma laqax l-ilment, iżda l-Ministru aċċetta r-rakkomandazzjoni tiegħu li fil-futur jistieden il-media kollha għal avvenimenti importanti għall-istampa.

Jistgħu jinteressawk

Rapporti annwali tal-Kummissarju