Libertà tal-informazzjoni
Dan l-avviż huwa għall-finijiet tal-artikolu 17(1) tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (il-kapitolu 496 tal-liġijiet ta’ Malta).
Struttura, funzjonijiet u responsabbiltajiet
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika huwa megħjun minn uffiċċju żgħir li hu mmexxi minn Direttur Ġenerali.
Il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kummissarju joħorġu mill-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika (il-kapitolu 570 tal-liġijiet ta’ Malta) u huma deskritti fil-paġna ta’ dan is-sit li tittratta dwar ix-xogħol tal-Kummissarju.
Dokumenti li jservu bħala bażi għal deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet
Il-Kummissarju jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet skont l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.
Deskrizzjoni ġenerali tal-kategoriji ta’ dokumenti miżmuma minn dan l-uffiċċju
L-uffiċċju tal-Kummissarju jżomm dokumenti relatati mal-ilmenti li jsirulu u l-investigazzjonijiet li jagħmel. L-uffiċċju tal-Kummissarju jżomm ukoll dokumenti relatati mal-amministrazzjoni interna tiegħu u l-immaniġġjar tal-impjegati. L-uffiċċju joħroġ rapporti dwar investigazzjonijiet u rapporti annwali, u jista’ wkoll jippubblika dokumenti oħra minn żmien għal żmien.
Talbiet għal aċċess għal dokumenti
Talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni għal aċċess għal dokumenti miżmuma mill-uffiċċju tal-Kummissarju għandhom jiġu indirizzati lid-Direttur Ġenerali ta’ dan l-uffiċċju. Talba tista’ ssir permezz ta’ email jew ittra.