Home

20 Sep 2024

Il-Kummissarju għall-Istandards kiteb għat-tielet darba lill-Kumitat Parlamentari għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika sabiex ikun jista’ jippubblika deċiżjonijiet li ilmenti m’għandhomx jiġu investigati. Bħalissa, meta l-Kummissarju jinvestiga ilment ir-rapport tiegħu dwar l-investigazzjoni normalment jiġi ppubblikat. Biss, jekk il-Kummissarju jiddeċiedi li m’għandux jinvestiga ilment, huwa ma jistax jippubblika d-deċiżjoni tiegħu f’dan is-sens. Jista’ biss jibgħatha lil min għamel l-ilment…

08 Jul 2024

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ ir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2023. Dan hu l-ewwel rapport annwali li jkopri l-attivitajiet tal-Kummissarju preżenti, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi, li nħatar fit-8 ta’ Marzu 2023. Il-Kummissarju ppreżenta r-rapport lill-Ispeaker fil-5 ta’ Lulju 2024, u l-Ispeaker qiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati kif titlob il-liġi fit-8 ta’ Lulju. Matul l-2023 il-Kummissarju…

17 Jun 2024

Il-website uffiċjali tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qed tiġi trasferita minn standardscommissioner.com għal standardscommissioner.mt. Għalhekk membri tal-pubbliku huma mitluba jżuru https://standardscommissioner.mt/?lang=mt biex jaċċessaw is-sit elettroniku tal-Kummissarju. Verżjoni kompleta tas-sit tinsab f’dan l-indirizz. Dawn il-ħoloq jistgħu jkunu utli għal min qed ifittex paġna jew dokument partikolari: Ir-rapporti dwar l-investigazzjonijiet tal-Kummissarju jistgħu jitniżżlu minn https://standardscommissioner.mt/case-reports/?lang=mt. In-nota ta’ informazzjoni…

08 May 2024
Chief Justice Emeritus Joseph Azzopardi, Malta's Commissioner for Standards in Public Life

Fil-ġimgħat li għaddew l-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ta kontribut għal inizjattivi biex jittejbu l-istandards ta’ etika f’pajjiżi oħra. F’April il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi, Kummissarju għall-Istandards, indirizza uffiċjali mill-aġenziji kontra l-korruzzjoni tal-Każakistan u l-Użbekistan. Il-Kummissarju tkellem dwar l-irwol tal-uffiċċju tiegħu u dwar ir-regoli ta’ etika li jorbtu l-ministri, id-deputati parlamentari u l-persuni ta’ fiduċja…

15 Dec 2023
Exterior view of the Parliament of Malta

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ippropona li meta joħroġ deċiżjoni li ilment m’għandux jiġi investigat, għandu jkollu l-jedd li jippubblika dik id-deċiżjoni. Bħalissa, meta l-Kummissarju jinvestiga ilment ir-rapport tiegħu dwar l-investigazzjoni normalment jiġi ppubblikat. Biss, jekk il-Kummissarju jiddeċiedi li m’għandux jinvestiga l-ilment, huwa ma jistax jippubblika d-deċiżjoni tiegħu iżda jista’ biss jibgħatha lil min għamel l-ilment…

22 Nov 2023

Ilbieraħ il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ikkonkluda li s-Segretarju Parlamentari Chris Bonett mhux ħati ta’ ksur ta’ etika talli talab siġġijiet ħdejn xulxin għalih u għall-membri tal-familja tiegħu fuq titjira tal-Air Malta lejn Londra. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra allegazzjoni li Dr Bonett gawda minn trattament speċjali għaliex l-Air Malta neħħiet passiġġieri…

27 Oct 2023
Standards in Public Life: Malta Forum 2023, held on 27 October 2023

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (l-OECD) ħarġet rapport ta’ 224 paġna b’rakkomandazzjonijiet għat-tisħiħ tal-integrità pubblika f’Malta. Ir-rapport huwa r-riżultat finali ta’ proġett ta’ sentejn intitolat “Improving the Integrity and Transparency Framework in Malta”, li kien qed jitwettaq mill-OECD fuq talba tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Il-proġett ġie ffinanzjat permezz tat-Technical Support Instrument tal-Unjoni Ewropea. Ir-rapport, intitolat…

27 Oct 2023
A report titled Review of the Asset and Interest Declaration System in Malta, as published by the OECD on

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (l-OECD) ħarġet rapport dwar is-sistema li permezz tagħha l-ministri u d-deputati parlamentari kull sena jagħmlu dikjarazzjoni pubblika dwar l-assi tagħhom. Ir-rapport huwa wieħed mir-riżultati aħħarin ta’ proġett ta’ sentejn intitolat “Improving the Integrity and Transparency Framework in Malta”. Dan il-proġett kien qed jitwettaq mill-OECD fuq talba tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika…

15 Sep 2023

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkluda li jkun ksur ta’ etika jekk ministru jew segretarju parlamentari jinqeda b’attività uffiċjali tal-ministeru tiegħu biex jippromwovi lilu nnifsu. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra ilment kontra s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said talli allegatament stiednet lill-impjegati tal-ministeru tagħha biex jattendu attività politika organizzata minnha. Fl-ilment ġie allegat…

07 Aug 2023

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qal li jkun ksur ta’ etika jekk deputat parlamentari ma jagħmilx dikjarazzjoni tad-dħul tiegħu għall-finijiet tat-taxxa. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra tliet ilmenti kontra l-eks deputat parlamentari Dr Jason Azzopardi talli ma bagħatx dikjarazzjoni tad-dħul tiegħu għas-snin 2018 u 2019 fil-ħin. L-ilmenti saru f’Marzu tal-2021, meta Dr…