Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkluda li jkun ksur ta’ etika jekk ministru jew segretarju parlamentari jinqeda b’attività uffiċjali tal-ministeru tiegħu biex jippromwovi lilu nnifsu. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra ilment kontra s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said talli allegatament stiednet lill-impjegati tal-ministeru tagħha biex jattendu attività politika organizzata minnha. Fl-ilment ġie allegat…
Il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi, Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, qed jirrakkomanda li l-linji gwida dwar riklami tal-gvern li nħarġu mill-uffiċċju tiegħu sentejn ilu għandhom isiru parti mil-liġi. L-istorja ta’ dawn il-linji gwida bdiet f’Marzu 2021 meta l-Kummissarju ta’ qabel, Dr George Hyzler, ressaq każ li kien jinvolvi riklam maħruġ minn ministru quddiem il-Kumitat Permanenti tal-Parlament…
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkluda li “sponsored post” fuq Facebook jirrappreżenta ksur ta’ etika għax deher ministru fih. L-“isponsored post” in kwistjoni deher fil-5 ta’ Ottubru 2022 fil-paġna uffiċjali fuq Facebook tal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol. Il-“post” kien jikkonsisti f’ritratt tal-Ministru Clyde Caruana, flimkien ma’ ismu u l-kariga tiegħu u kwotazzjoni minn diskors tiegħu fejn qal…
Fis-27 ta’ Ġunju 2022 il-Kumitat Parlamentari għall-Istandards awtorizza l-pubblikazzjoni ta’ rapport maħruġ mill-Kummissarju għall-Istandards li jittratta dwar riklami uffiċjali f’suppliment ta’ gazzetta. Is-suppliment in kwistjoni nħareġ mill-gazzetta KullĦadd fis-16 ta’ Jannar 2022 biex jikkommemora sentejn minn mindu l-Onor. Dr Robert Abela sar Prim Ministru. Is-suppliment kien fih 32 paġna, li l-biċċa l-kbira minnhom kien fihom…
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkluda li l-Ministru Ian Borg ma kisirx l-etika meta ħareġ riklam biex jawgura l-Għid it-tajjeb lill-pubbliku. Ir-riklam in kwistjoni deher fil-ġurnal It-Torċa f’Ħadd il-Għid, l-4 ta’ April 2021. Ir-riklam kien fih ritratt tal-Ministru Ian Borg u l-kliem “Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali jawgura l-Għid it-Tajjeb lill-poplu Malti u Għawdxi. Ix-xogħol…
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ linji gwida biex jirregola l-użu ta’ riklami u materjal promozzjonali mill-gvern u entitajiet pubbliċi. Dawn il-linji gwida ma jirrappreżentawx regoli ġodda fihom infushom. Huma jindikaw kif il-Kummissarju se japplika r-regoli eżistenti fil-kodiċi ta’ etika tal-ministri f’każi li jinvolvu riklami jew materjal promozzjonali imħallsa minn fondi pubbliċi. Il-linji gwida jirrikonoxxu li…
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkluda li l-Ministru Carmelo Abela għamel użu ħażin minn fondi pubbliċi meta kkummissjona riklam ta’ paġna sħiha fil-gazzetti li kien fih ritratt prominenti tiegħu innifsu. Ir-riklam deher fil-maġġoranza tal-gazzetti tal-Ħadd 18 ta’ Ottubru 2020, u evidentement kien intiż biex jippromwovi lill-Ministru billi kien fih ftit li xejn informazzjoni. Il-Kummissarju investiga l-każ…
Dr George Hyzler, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, ikkonkluda li ministru jkun qed jiddiskrimina u jmur kontra l-etika jekk jibgħat għal xi kmamar tal-aħbarijiet u mhux oħrajn meta jagħti konferenza stampa jew jorganizza avveniment ieħor għall-media. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra ilment mingħand Sylvana Debono, Editor-in-Chief ta’ Newsbook.com.mt, kontra l-Prim Ministru Joseph…