Ilbieraħ il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ikkonkluda li s-Segretarju Parlamentari Chris Bonett mhux ħati ta’ ksur ta’ etika talli talab siġġijiet ħdejn xulxin għalih u għall-membri tal-familja tiegħu fuq titjira tal-Air Malta lejn Londra. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra allegazzjoni li Dr Bonett gawda minn trattament speċjali għaliex l-Air Malta neħħiet passiġġieri…
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħeles lill-Onor. Dr Karol Aquilina MP minn akkużi li ġab ruħu b’mod li jirrifletti ħażin fuq il-Parlament billi saq b’mod perikoluż, injora ordnijiet tal-puliżija, u baqa’ għaddej fuq dawl tat-traffiku aħmar. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li l-Onor. Karol Aquilina ġie liberat minn akkużi fil-qorti dwar l-istess każ. Il-każ…
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkluda li d-deċiżjoni tal-gvern li jikri d-Downtown Hotel fir-Rabat, Għawdex, biex jużaha bħala dar għall-anzjani ma tirrappreżentax abbuż ta’ poter jew ksur ta’ etika. Il-lukanda nkriet fl-2020 bħala miżura prekawzjonarja kontra l-pandemija COVID-19. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra ilment mingħand il-Prof. Arnold Cassola kontra l-Onor. Clint Camilleri,…
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkuda li ma kien hemm ebda ksur ta’ etika in konnessjoni mal-ħatra tal-ambaxxatur ta’ Malta fil-Ghana. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra ilment fejn ġie allegat li l-ambaxxatur ma messux inħatar għaliex kellu negozju bi sħab ma’ persuna oħra minn Malta li kienet tgħix fil-Ghana u kienet imfittxija…
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkluda li l-Prim Ministru Dr Robert Abela ma kisirx l-etika meta kien qed wieġeb domandi tal-ġurnalisti mingħajr ma kien liebes maskra. Dan il-każ seħħ fit-23 ta’ Ottubru 2020, meta l-Prim Ministru inawgura l-mini l-ġodda tat-traffiku f’Santa Luċija. Ftit wara li ntemmet l-inawgurazzjoni uffiċjali, diversi ġurnalisti avviċinaw lill-Prim Ministru biex jistaqsuh xi…
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler, ikkunsidra ilment dwar ministru li allegatament naqas li jieħu passi kontra aġir abbużiv minn qraba tiegħu. Il-Kummissarju ddeċieda li ma jinvestigax il-każ għaliex kienet l-Awtorità tal-Ippjanar li kellha tieħu passi kontra l-abbuż in kwistjoni, mhux il-ministru li lilu ġie rappurtat l-abbuż. Irriżulta wkoll li l-ministru fil-fatt kien għadda…
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika sab li ma kien hemm xejn x’jindika li Dr Ian Borg, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, ta ordni biex xogħlijiet bla permess li kienu qed isiru mill-Aġenzija Infrastruttura Malta f’Wied Qirda, Ħaż-Żebbuġ, jitkomplew bi sfida ta’ Ordni ta’ Waqfien u Konformità maħruġa mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). Il-Kummissarju wasal għal…
Dr George Hyzler, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, ikkonkluda li l-Prim Ministru ma kisirx l-etika meta qabbad ditta legali Ingliża biex tibgħat ittra legali f’isem il-gvern. Il-każ huwa marbut mal-pubblikazzjoni ta’ ktieb intitolat Murder on the Malta Express, dwar iċ-ċirkostanzi marbuta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Qabel ma ġie ppubblikat il-ktieb, wieħed mill-awturi, Manuel Delia, bagħat…