Rapporti annwali

Rapporti annwali tal-Kummissarju għall-Istandards

L-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika jobbliga lill-Kummissarju għall-Istandards jippreżenta rapport dwar it-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu tal-anqas kull sena lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati. L-Ispeaker għandu jqiegħed ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra.

L-ewwel Kummissarju nħatar fit-12 ta’ Novembru 2018, u għalhekk l-ewwel rapport annwali tiegħu kien dokument proviżjonali li kopra perjodu ta’ sena minn din id-data. Aktar tard ħareġ rapport definittiv li kopra l-perjodu mit-12 ta’ Novembru 2018 sal-aħħar tal-2019 u kien fih kontijiet verifikati għal dan il-perjodu kollu. Il-Kummissarju beda joħroġ rapport għal kull sena kalendarja mill-2020 ‘il quddiem.

Rapport annwali għas-sena 2023
Ippreżentat fil-Parlament fit-8 ta’ Lulju 2024

Rapport annwali għas-sena 2022
Ippreżentat fil-Parlament fil-21 ta’ Novembru 2023

Rapport annwali għas-sena 2021
Ippreżentat lill-Ispeaker fil-5 ta’ Awwissu 2022

Rapport annwali għas-sena 2020
Ippreżentat fil-Parlament fil-24 ta’ Mejju 2021

Rapport annwali definittiv 12 ta’ Novembru 2018 – 31 ta’ Diċembru 2019
Ippreżentat fil-Parlament fil-25 ta’ Mejju 2020

Rapport proviżjonali 12 ta’ Novembru 2018 – 11 ta’ Novembru 2019
Ippreżentat fil-Parlament fl-20 ta’ April 2020

Jistgħu jinteressawk

Dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissarju