08 Jul 2024

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ ir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2023. Dan hu l-ewwel rapport annwali li jkopri l-attivitajiet tal-Kummissarju preżenti, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi, li nħatar fit-8 ta’ Marzu 2023. Il-Kummissarju ppreżenta r-rapport lill-Ispeaker fil-5 ta’ Lulju 2024, u l-Ispeaker qiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati kif titlob il-liġi fit-8 ta’ Lulju.

Matul l-2023 il-Kummissarju rċieva 27 ilment. Huwa għalaq numru identiku ta’ ilmenti. Sab li ma kienx hemm lok biex jinvestiga jew ikompli jinvestiga 20 minn dawn l-ilmenti. Huwa investiga s-seba’ ilmenti li kien fadal permezz ta’ ħames investigazzjonijiet (xi ilmenti kienu jittrattaw dwar l-istess materja u għalhekk ġew indirizzati permezz ta’ investigazzjoni waħda).

Erba’ mill-ħames investigazzjonijiet tal-Kummissarju wasslu għall-konklużjoni li kien hemm ksur ta’ etika. Tlieta minn dawn il-każ ma kinux ta’ natura gravi, u għalhekk il-Kummissarju stess għalaq dawn il-każi wara li akkwista apoloġiji mingħand il-persuni investigati. Huwa każ wieħed lill-Kumitat Parlamentari dwar l-Istandards skont l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.

Ir-rapport annwali jkopri attivitajiet oħra, fosthom it-tmiem ta’ proġett iffinanzjat mill-UE biex isaħħaħ il-qafas tal-integrità u t-trasparenza f’Malta. Dan il-proġett, li sar fuq talba tal-Kummissarju, wassal biex l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (l-OECD) ħarġet rapport ta’ 224 paġna b’rakkomandazzjonijiet għat-tisħiħ tal-integrità pubblika f’Malta. Dan ir-rapport għandu jiġi kkunsidrat mill-gvern ta’ Malta.

Ir-rapport annwali tal-Kummissarju għas-sena 2023 jista’ jitniżżel minn hawn.

Ritratt: Il-Belt u l-Ponta ta’ Tigné mill-ajru (iStock.com/ZoltanGabor).