Category: Amministrazzjoni

08 Jul 2024

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ ir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2023. Dan hu l-ewwel rapport annwali li jkopri l-attivitajiet tal-Kummissarju preżenti, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi, li nħatar fit-8 ta’ Marzu 2023. Il-Kummissarju ppreżenta r-rapport lill-Ispeaker fil-5 ta’ Lulju 2024, u l-Ispeaker qiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati kif titlob il-liġi fit-8 ta’ Lulju. Matul l-2023 il-Kummissarju…

17 Jun 2024

Il-website uffiċjali tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qed tiġi trasferita minn standardscommissioner.com għal standardscommissioner.mt. Għalhekk membri tal-pubbliku huma mitluba jżuru https://standardscommissioner.mt/?lang=mt biex jaċċessaw is-sit elettroniku tal-Kummissarju. Verżjoni kompleta tas-sit tinsab f’dan l-indirizz. Dawn il-ħoloq jistgħu jkunu utli għal min qed ifittex paġna jew dokument partikolari: Ir-rapporti dwar l-investigazzjonijiet tal-Kummissarju jistgħu jitniżżlu minn https://standardscommissioner.mt/case-reports/?lang=mt. In-nota ta’ informazzjoni…

28 Oct 2022

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħa nota tat-tħassib li ġie komunikat fil-midja dwar dak li jidher bħala tnaqqis fil-fondi allokati lil dan l-uffiċċju fil-baġit nazzjonali għas-sena 2023 meta mqabbel mas-sena kurrenti. Madankollu, l-ammont ta’ €450,000 li ġie allokat lil dan l-uffiċċju fil-baġit huwa l-ammont sħiħ li talab il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards mhux…

05 Aug 2022

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ ir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2021. Ir-rapport jispjega l-irwol tal-Kummissarju għall-Istandards skont l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika u l-proċeduri li jħaddem huwa u jikkunsidra ilmenti dwar deputati parlamentari u persuni ta’ fiduċja. Ir-rapport jgħid li l-Kummissarju rċieva 41 ilment matul l-2021. Il-Kummissarju għalaq 39 ilment, li minnhom sab 25 ineliġibbli biex…

24 May 2021

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ rapport annwali li jkopri t-tieni sena sħiħa tal-operat tiegħu. Hu ppreżenta l-verżjoni finali tar-rapport lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, li qiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra llum. Ir-rapport jispjega l-irwol tal-Kummissarju għall-Istandards skont l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika u l-proċeduri li qed iħaddem huwa u jikkunsidra ilmenti dwar deputati parlamentari u persuni ta’ fiduċja….

26 May 2020
Exterior view of the Parliament of Malta

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika għadu kemm ħareġ l-ewwel rapport annwali tiegħu. Huwa ppreżenta r-rapport lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, li min-naħa tiegħu qiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra ilbieraħ. Ir-rapport jispjega l-irwol tal-Kummissarju skont l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika u l-proċeduri li qed iħaddem huwa u jikkunsidra ilmenti dwar membri tal-Parlament u persuni ta’ fiduċja. Ir-rapport jgħid li sal-aħħar…