Fis-27 ta’ April 2026, il-Kummissarju kiteb lill-Ispeaker biex jippreżenta l-fehmiet tiegħu dwar mozzjoni parlamentari li kienet tipproponi emendi għall-kodiċi ta’ etika tad-deputati parlamentari u l-kodiċi ta’ etika tal-ministri. Il-Kummissarju laqa’ b’sodisfazzjon uħud mill-emendi proposti, inkluż l-introduzzjoni tal-valuri ta’ lealtà, oġġettività, onestà, kontabilità, trasparenza u kunfidenzjalità fil-kodiċi ta’ etika tad-deputati. Il-Kummissarju nnota wkoll diversi nuqqasijiet, inkluż…
Fis-6 ta’ Jannar 2026, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kiteb lill-Prim Ministru dwar id-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-ministri għas-sena 2024. Din l-ittra segwiet talba mingħand il-Kummissarju għal kopji ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet, peress li ma ġewx ippubblikati kif kien isir għal snin twal. F’Diċembru 2025 is-Segretarju tal-Kabinett wieġeb din it-talba billi qal li l-Kabinett iddeċieda li għandu jkun hemm…
Fit-30 ta’ Jannar 2025, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kiteb lill-Prim Ministru biex iressaq il-veduti tiegħu dwar is-sistema tad-dikjarar tal-assi li tapplika għall-ministri u d-deputati parlamentari. L-ittra tal-Kummissarju segwiet korrispondenza li bdiet wara li d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-ministri għas-sena 2023 ma tqiegħdux fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati kif kien ilu jsir għal ħafna snin. Il-Kummissarju kiteb lill-Prim Ministru…
L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (l-OECD) ħarġet rapport dwar is-sistema li permezz tagħha l-ministri u d-deputati parlamentari kull sena jagħmlu dikjarazzjoni pubblika dwar l-assi tagħhom. Ir-rapport huwa wieħed mir-riżultati aħħarin ta’ proġett ta’ sentejn intitolat “Improving the Integrity and Transparency Framework in Malta”. Dan il-proġett kien qed jitwettaq mill-OECD fuq talba tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika…
Fid-9 ta’ Novembru 2021, il-Kumitat Parlamentari għall-Istandards unanimament adotta rapport tal-Kummissarju għall-Istandards li kkonkluda li l-Onor. Rosianne Cutajar kienet naqset milli tiddikjara dħul mill-bejgħ ta’ propjetà fl-Imdina. Fir-rapport tiegħu il-Kummissarju qal li l-propjetà in kwistjoni kienet inbiegħet għas-somma ta’ €3.1 miljun, u s-senserija fuq dan il-bejgħ kien jammonta għal €93,000. Il-Kummissarju kkonkluda fuq il-bilanċ tal-probabbiltajiet…


