Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qed jestendi b’xahar il-perjodu ta’ konsultazzjoni dwar il-proposti tiegħu biex jiġi regolat il-lobbying. Fit-28 ta’ Frar 2020, il-Kummissarju ħareġ dokument ta’ konsultazzjoni bi proposti dwar kif għandu jiġi regolat il-lobbying. Il-Kummissarju stieden lill-pubbliku biex jibgħat il-fehmiet tiegħu dwar dawn il-proposti u ta żmien sal-aħħar ta’ April 2020 għal dan il-għan. Dan…
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qal li meta ministru jagħti appoġġ lil xi inizjattiva ta’ operatur privat, għandu joqgħod attent li ma jaqbiżx il-linja bejn għajnuna uffiċjali xierqa u l-għoti ta’ vantaġġ mhux xieraq. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra ilment mingħand l-għaqda volontarja Repubblika kontra l-Ministru Julia Farrugia Portelli talli dehret f’filmat…
Dr George Hyzler, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, ikkonkluda li ministru jkun qed jiddiskrimina u jmur kontra l-etika jekk jibgħat għal xi kmamar tal-aħbarijiet u mhux oħrajn meta jagħti konferenza stampa jew jorganizza avveniment ieħor għall-media. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra ilment mingħand Sylvana Debono, Editor-in-Chief ta’ Newsbook.com.mt, kontra l-Prim Ministru Joseph…
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler, irreaġixxa għal stqarrija maħruġa minn Alternattiva Demokratika wara laqgħa dwar il-lobbying li saret illum fuq talba ta’ Alternattiva Demokratika. F’din il-laqgħa l-Kummissarju għarraf id-delegazzjoni minn Alternattiva Demokratika li l-uffiċċju tiegħu kien qed jiffinalizza proposti biex jiġi regolat il-lobbying. Waqt il-laqgħa ġew diskussi diversi aspetti relatati. Il-Kummissarju qal ukoll…
Dr George Hyzler, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, ikkonkluda li huwa abbuż jekk ministru juża riżorsi pubbliċi biex jamministra l-paġna personali tiegħu fuq Facebook jew jipproduċi materjal biex itellgħu fil-paġna. Ikun abbuż sew jekk jintużaw fondi pubbliċi għal dawn l-għanijiet u sew jekk impjegati tal-gvern jitqabbdu jagħmlu dan ix-xogħol. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara…
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ stqarrija fejn sostna li hija prattika ħażina li l-gvern jimpjega deputati parlamentari backbenchers, jiġifieri dawk li mhumiex ministri jew segretarji parlamentari. L-istqarrija ssegwi rapport maħruġ mill-Kummissarju fil-5 ta’ Lulju 2019, fejn esprima l-fehma li huwa fundamentalment ħażin li l-gvern jingaġġa deputati backbenchers bħala konsulenti, persuni ta’ fiduċja jew membri ta’…
Dr George Hyzler, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, ikkonkluda li l-Prim Ministru ma kisirx l-etika meta qabbad ditta legali Ingliża biex tibgħat ittra legali f’isem il-gvern. Il-każ huwa marbut mal-pubblikazzjoni ta’ ktieb intitolat Murder on the Malta Express, dwar iċ-ċirkostanzi marbuta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Qabel ma ġie ppubblikat il-ktieb, wieħed mill-awturi, Manuel Delia, bagħat…
Dr George Hyzler, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, qed jipproponi tibdil fil-Kostituzzjoni sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-Parlament u tal-qrati, u sabiex jiġi mħares aħjar il-prinċipju tal-mertu fil-ħatriet fl-amministrazzjoni pubblika. Il-proposti tal-Kummissarju huma miġbura f’rapport ta’ 138 paġna li huwa ppreżenta lill-President ta’ Malta bħala risposta għas-sejħa tal-President għal sottomissjonijiet dwar riformi kostituzzjonali. Ir-rapport inkiteb minn Dr Hyzler…