Fl-14 u l-15 ta’ Jannar 2019 Dott. George Hyzler, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, iltaqa’ ma’ uffiċjali fl-istess qasam tiegħu fir-Renju Unit sabiex jara kif kienu jaħdmu u jitgħallem mill-esperjenzi tagħhom. Dott. Hyzler kien akkumpanjat minn Charles Polidano, Direttur Ġenerali fl-uffiċċju tiegħu. Fl-14 ta’ Jannar Dott. Hyzler u s-Sur Polidano kellhom laqgħat ma’ Kathryn Stone, Kummissarju…


