Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ikkonkluda li d-dikjarazzjoni tal-gvern fi stqarrija maħruġa fis-17 ta’ Awwissu 2019 kienet żbaljata meta qalet li s-salarji tal-ministri għadhom eżatt l-istess kif kienu fl-2013. Madankollu, l-iżball kien riżultat ta’ nuqqas ta’ ħsieb u mhux ta’ qerq u fi kwalunkwe każ ġie korrett immedjatament. Din l-istqarrija tal-gvern kienet ħarġet bil-għan li tiċħad…
L-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (il-kapitolu 595 tal-liġijiet ta’ Malta) jinkludi kodiċi ta’ etika għall-impjegati pubbliċi. Dan il-kodiċi jgħid fost affarijiet oħra li impjegati pubbliċi li bħala parti minn xogħolhom jittrattaw ma’ intrapriżi privati jistgħu jinżammu milli jaċċettaw impieg ma’ dawk l-intrapriżi wara li jirriżenjaw mill-impieg pubbliku tagħhom. Skont il-paragrafu 12 tal-kodiċi, kif ukoll l-artikolu 4…
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ rapport dwar ilment minn Dott Andrew Borg Cardona li allega li stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali permezz tad-Dipartiment għall-Informazzjoni (DOI) kienet tikkostitwixxi użu mhux xieraq ta’ riżorsi pubbliċi minħabba n-natura politika tagħha. L-istqarrija ministerjali ħabbret li l-qorti kostituzzjonali kienet ċaħdet it-talba tal-għaqda tas-soċjetà ċivili Repubblika biex…
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ rapport li jgħid li ministri u d-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) m’għandhomx joħorġu stqarrijiet għall-istampa li mhumiex marbuta ma’ materji uffiċjali jew li huma miktubin b’ton partiġġjan. Ir-rapport tal-Kummissarju jittratta dwar stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Ministeru għat-Turiżmu permezz tad-DOI fis-6 ta’ Frar 2019. L-istqarrija qalet li l-Ministru Konrad Mizzi kien qiegħed jirtira numru…
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ rapport li jgħid li l-prattika li deputati parlamentari “backbenchers” jingħataw impiegi jew konsulenzi mal-gvern għandha tispiċċa. Ir-rapport jiddeskrivi din il-prattika bħala “fundamentalment ħażina”. Il-Kummissarju kkonkluda li din il-prattika ddgħajjef ir-rwol tal-Parlament fl-iskrutinju tal-eżekuttiv; tmur kontra l-prinċipji li l-Kostituzzjoni hija mibnija fuqhom; tmur kontra l-kodiċi ta’ etika ta’ impjegati pubbliċi u…
Kathryn Stone OBE, Kummissarju Parlamentari għall-Istandards fir-Renju Unit, għamlet żjara uffiċjali f’Malta fuq stedina ta’ Dott. George Hyzler, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ta’ Malta. Is-Sinjura Stone kienet akkumpanjata mill-Onor. Kate Green MP, president tal-Kumitat dwar l-Istandards tal-House of Commons tal-Ingilterra. Iż-żjara seħħet fit-23 u l-24 ta’ Mejju 2019. Matul iż-żjara tagħhom is-Sinjura Stone u s-sinjura…


