Kodiċi ta’ etika ġdid beda japplika għall-persuni ta’ fiduċja mill-1 ta’ Marzu 2019 ’il quddiem. L-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika jobbliga persuni ta’ fiduċja – jiġifieri persuni ingaġġati fis-segretarjat privat ta’ ministru jew segretarju parlamentari bil-għan li jagħtu pariri, jaġixxu ta’ konsulenti, jew jaġixxu fi rwol eżekuttiv – li jsegwu l-kodiċi ta’ etika li jinsab…
Il-Kumitat Permanenti tal-Parlament għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika iltaqa’ għall-ewwel darba fit-22 ta’ Jannar 2019. Dott. George Hyzler, Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, kien preżenti għal-laqgħa flimkien ma’ Charles Polidano, Direttur Ġenerali fl-uffiċċju tiegħu. Hu u jiftaħ il-laqgħa l-Onor. Anġlu Farrugia, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati u l-president tal-Kumitat, osserva li l-Kumitat għall-Istandards kien l-uniku kumitat parlamentari fejn iż-żewġ naħat…
Fl-14 u l-15 ta’ Jannar 2019 Dott. George Hyzler, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, iltaqa’ ma’ uffiċjali fl-istess qasam tiegħu fir-Renju Unit sabiex jara kif kienu jaħdmu u jitgħallem mill-esperjenzi tagħhom. Dott. Hyzler kien akkumpanjat minn Charles Polidano, Direttur Ġenerali fl-uffiċċju tiegħu. Fl-14 ta’ Jannar Dott. Hyzler u s-Sur Polidano kellhom laqgħat ma’ Kathryn Stone, Kummissarju…